“Malta għandu jkollha t-3 partit b’saħħtu” – ALDE

Read in English.

Hans Van Baalen, il-Kap tal-Grupp tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi Ewropej (ALDE) tal-Parlament Europew (PE), qal li Malta għandu jkollha t-tielet partit li jkun b’saħħtu.

Il-Partit Demokratiku kellu taħditiet mal-ALDE dwar is-sitwazzjoni politika f’Malta, dwar kif l-ALDE jista’ jgħin għall-elezzjonijiet li ġejjin u dwar inizjattivi oħra li jistgħu jsaħħu l-koperazzjoni bejn l-ALDE u l-PD.

Il-Partit Demokratiku spjega kif qed isaħħaħ l-għaqda mal-ALDE fid-dawl tal-elezzjoniijiet tal-Parlament Eewropew is-sena d-dieħla.

Il-Partit Demokratiku sar membru tal-grupp tal-ALDE f’Novembru li għadda.