Malta għandha tkun mudell fl-innovazzjoni diġitali fil-kura – Direttur tal-WHO

Miguela Xuereb

Id-Direttur Reġjonali tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa elett Hans Kluge appella lil Malta biex turi lil pajjiżi oħra kif l-innovazzjoni diġitali tista’ tintuża’ biex tinħoloq kura inklussiva.

Kluge qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet mal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wara laqgħa li kellhom flimkien.

Mistoqsi minn Newsbook.com.mt dwar il-bejgħ tal-isptarijiet Maltin lil Vitals Global Healthcare, kumpanija li ma kellha l-ebda esperjenza fil-qasam mediku, Kluge qal li din kienet kwistjoni domestika.

Kluge ma qalx lil Newsbook.com.mt jekk iddiskutiex il-kwistjoni tal-abort ma’ Fearne.

Fearne qal li matul is-snin il-WHO kienet strumentali fit-titjib tal-kura tas-saħħa f’għadd ta’ pajjiżi. Qal li flimkien ma’ Kluge iddiskuta l-iżvilupp ta’ dan il-qasam f’Malta għall-10 snin li ġejjin.

Fearne spjega kif il-Gvern irid li sal-2022 is-servizz nazzjonali tas-saħħa jinżel għal-livell komunitarju.