“Malta għandha tintervjeni dwar l-Amażonja” – PD

FILE PHOTO: An aerial view of a deforested plot of the Amazon near Humaita, Amazonas State, Brazil August 22, 2019/File Photo

Read in English.

Il-Partit Demokratiku (PD) qal li Malta missha żżomm lill-Brażil responsabbli tad-deforestazzjoni tal-Amażonja. Dan billi tuża l-pożizzjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea (UE).

Fi stqarrija, il-partit qal li jilqa’ l-fatt li l-ikbar żewġ partiti politiċi f’Malta iddikjaraw sitwazzjoni ta’ emerġenza dwar it-tibdil fil-klima. Però insista li jrid ikun hemm azzjoni, mhux biss kliem.

Malta tista’ taffettwa lil Brażil billi thedded li se twaqqaf il-ftehim EU-Mercosur u billi tħeġġeġ l-UE biex twaqqaf il-kummerċ mal-Brażil biex tipproteġi l-Amażonja. Il-PD qal li l-Partit Nazzjonalista (PN) qal li ma jħossx li se jkun hemm vantaġġ billi jivvota kontra l-ftehim ta’ EU-Mercosur.

Aġġornata: Malta għandha timblokka ftehim tan-negozju biex tipproteġi l-Amażonja – PD

Il-Partit Demokratiku diġà appella biex Malta tipproteġi l-Amażonja billi tissieħeb ma’ Franza u l-Irlanda u thedded li timblokka ftehim kummerċjali tal-UE mal-Amerka t’Isfel milli jgħaddi. Fi stqarrija l-PD kien qal li prodotti manufatturati bis-saħħa tad-deforestazzjoni tal-Amażonja għandhom jiġu bbojkottjati.

Il-Ġermanja tissospendi €35 miljun f’fondi għall-priservazzjoni tal-Amazon

Dan wara li statistiċi wrew li d-deforestazzjoni fil-foresta tropikali tal-Brażil żdiedet b’67% fl-ewwel seba’ xhur tas-sena. Dan ħareġ minn riċerka li saret minn aġenzija spazjali Brażiljana. Minn naħa l-oħra, il-gvern Brażiljan sostna li d-dettalji li ħarġet din l-aġenzija m’humiex affidabbli.

L-istqarrija tal-PD kompliet tispjega li f’Malta ġiet reġistrata t-tieni l-iżjed żieda f’emissjonijiet ta’ CO2 fl-Ewropa. Emerġenza dwar it-tibdil fil-klima għandha x’taqsam ukoll mas-saħħa, hekk kif hemm relazzjoni bejn il-kwalità tal-arja u avvenimenti ta’ saħħa serji. Minħabba f’hekk, skont il-PD, il-Gvern għandu jniedi skema b’inċentivi biex jinbidlu l-karozzi kummerċjali tal-kumpaniji u jiġu iżjed modernizzati biex jitfgħu inqas emmissjonijiet.

Filmat: ‘Ma nkunx kredibbli jekk nitkellem dwar l-Amażonja u ninsa s-siġar Maltin’ – Agius Saliba

L-Ewroparlamentari Laburista Alex Agius Saliba kien sostna li ma jkunx kredibbli jekk fil-Parlament Ewropew jitkellem dwar il-qerda tas-siġar fil-foresta tal-Amażonja, imbagħad jaħbi taħt it-tapit il-qerda tas-siġar f’Malta.