Malta għandha tappoġġja l-proposta Russa dwar is-Sirja – AD

Alternattiva Demokratika ssostni li Malta għandha tappoġġja l-proposta Russa li s-Sirja tqiegħed il-ħażna tagħha ta’ armanenti kimiċi taħt kontroll internazzjonali.

Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika l-Prof. Arnold Cassola qal li dan dejjem b’kundizzjoni li din il-miżura tiġi implimentata minnufih u ma tkunx utilizzata mir-reġim ta’ Bashar Assad bħala skuża biex ixxekkel proċess ta’ paċi.