“Malta għandha rwol x’taqdi fil-Mediterran”

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li Malta għandha rwol x'taqdi fil-Mediterran.
Waqt li kien qiegħed jindirizza The Mediterranean Leadership Summit organizzat minn The Economist, Edward Scicluna rrimarka li Malta hija  interessata fl-iżvilupp tar-reġjun tal-Mediterran u li Malta tista' tgħin bħala l-iStat Membru tal-Unjoni Ewropea qrib l-Afrika.
Temm jgħid li l-fatt li Malta għandha l-lingwa tal-Ingliż uffiċjali u l-lingwa Materna tal-Malti, li hi qrib tal-Għarbi u żviluppata fil-qasam finanzjaru, jpoġġu lil Malta f’post speċjali.