Malta għadha wieħed mill-inqas pajjiżi b’nies pożittivi għall-Covid-19

woman-wearing-face-mask-valletta-coronavirus
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’kitba fuq Twitter qal li Malta għadha wieħed mill-inqas pajjiżi li kellha nies pożittivi għall-coronavirus. Il-Ministru Fearne qal li Malta qabżet l-400,000 swab test.

Is-sit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-kontroll tal-Mard (ECDC) spjega li sal-21 ta’ Novembru ġew irrapurtati 11,752,298 każ fl-Ewropa. L-aktar pajjiż li ġew irrapurtati każijiet tal-Covid-19 huwa Franza b’total ta’ 2,109,170, isegwu Spanja b’1,556,730 u r-Renju Unit b’1,473,508 każi. Malta tinsab fit-28 post b’total ta’ 8,560 każ, isegwuha hemm Ċipru bi 8,211-il każ, l-Iżlanda b’5,251 każ u Leichtenstein b’1,09 każ.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-kontroll tal-Mard żiedet li sal-21 ta’ Novembru kien hemm irrapurtati 288,444 mewt fl-Ewropa. L-aktar pajjiżi li s’issa rrapurtaw imwiet huma r-Renju Unit b’total ta’ 54,286 mewt, l-Italja b’total ta’ 48,569 mewt u Franza b’total ta’ 48,265 mewt. Malta tinsab fis-27 post b’total ta’ 104 każi, isegwuha hemm l-Estonja b’87 mewt, Ċipru bi 43 mewt, l-Iżlanda b’26 mewt u Liechtenstein bi 8 każi.

L-ECDC ikkomparat ukoll, in-numru ta’ każijiet pożittivi għall-coronavirus tal-pajjiżi kollha għall-14-il ġurnata fuq 100,000 persuna. Malta tinsab fit-28 post filwaqt li Franza, Spanja u r-Renju Unit jinsabu fil-quċċata ta’ din il-lista.