Malta fuq quddiem nett fis-servizzi tal-eGovernment fl-Ewropa

Malta ġiet ikkonfermata bħala leader fil-proċess u l-prestazzjoni tas-servizzi tal-eGovernment fost 33 pajjiż. Ir-riżultati ġew ippublikati fl-eGovernment Benchmark Report 2015 li tnieda mill-Kummissjoni Ewropea.
L-istudju dwar il-benchmarking li sar minn Capgemini, IDC, u il-Politecnico ta’ Milan, jevalwa erba’ indikaturi kif ukoll jqabbel l-prestazzjoni tas-servizzi tal-eGovernment bejn il-pajjiżi parteċipanti.
Bħas-sena li għaddiet, Malta reġgħat kisbet riżultati eċċezzjonali hekk kif ġabet fost l-aqwa riżultati fl-indikaturi ewlenija u ġiet ukoll l-ewwel fir-riżultati globali.
L-ewwel indikatur huwa l-User Centricity fejn ir-rapport jevalwa d-‘disponibbilta’ u l-‘użu’ tas-servizzi tal-eGovernment. Malta ġiet l-ewwel fiż-żewġ miżuri u anke fl-indikatur globali b’punteġġ ta’ 95%, 22 punti perċentwali aktar mill-medja Ewropea.