Malta f’salib it-toroq – Ambaxxatur Taljan

Miguela Xuereb

Read in English.

L-Ambaxxaturi f’Malta qed jippruvaw jifhmu s-sitwazzjoni politika kurrenti f’pajjiżna.

Mario Sammartino

L-ambaxxatur Taljan Mario Sammartino qal lil newsbook.com.mt li Malta tinsab f’salib it-toroq u bħalissa l-Maltin qegħdin f’mument ta’ riflessjoni.

“Jien ninsab konvint li xi tajba se toħroġ minn din is-sitwazzjoni diffiċli. L-Italja tibqa’ viċin il-poplu Malti,” Sammartino qal.

Min-naħa tiegħu l-ambaxxatur Ġermaniż Walter Hassman qal li hu qed isewġu l-avvenimenti ta’ dan l-aħħar b’simpatija u antiċipazzjoni kbira.

“Malta hi sieħba importanti għal Ġermanja. Aħna ninsabu lesti biex ngħinu f’kulls forz li hemm bżonn u għandha fiduċja kbira li illum qabel għada Malta se toħroġ minn din is-sitwazzjoni li tinsab fiha,” hu qal.

L-ambaxxatriċi Franċiża Brigitte Curmi ma tridx tagħti kummenti. “Insegwi newsbook.com.mt u naqra l-blogs tagħkom, iżda ma jridx nidħol f’kwistjonijiet lokali.