Malta fost pajjiżi li jgawdu minn fondi ġodda tal-KE għal inizjattivi ambjentali

96 proġett ambjentali f’21 pajjiż tal-UE għadhom kemm ingħataw l-approvazzjoni għal ko-finanzjament mill-UE, li b’kollox ifisser investiment ta’ €265 miljun.
L-UE se tkun qed toħroġ €160 miljun minnhom.
Malta se tgawdi minn €1.3 miljun għal proġett sottomess minn BirdLife Malta, biex iżżid l-għarfien u l-konservazzjoni tal-għasfur Garnija.
B’kollox, il-proġetti jinkludu 51 proġett fl-oqsma tal-arja, l-ambjent u s-saħħa, l-effiċjenza fir-riżorsi, l-iskart u l-ilma.
39 proġett ieħor jiffukaw fuq it-titjib tal-konservazzjoni tan-natura, waqt li sitt proġetti oħra huma ntiżi li jqajmu kuxjenza dwar kwistjonijiet ambjentali.
Skont il-Kummissarju Malti għall-Ambjent, Karmenu Vella, il-flus invetiti fil-proġetti ambjentali huma flus minfuqa tajjeb.