Malta fost l-isbaħ 8 gżejjer fid-Dinja

Iam Architect Magazine, poġġa lill-Malta fost l-iktar 8 gżejjer sbieħ fid-dinja.
Il-magazine internazzjonali poġġa isem Malta fl-ewwel post tal-lista tiegħu u ddeskriva lil Malta bħala "pajjiż Ewropew mill-isbaħ fin-nofsinhar tal-Mediterran u li għandu storja u kultura rikka.
Il-pajjiżi l-oħra li semmew ma' Malta kienu l-Filippini, l-Awstralja, il-Maldives, il-Kuba, il-Fiji, il-Ġapan u l-Greċja. 
Taħt l-artiklu, jispikkaw il-kummenti ta' diversi Maltin, iżda fuq kollox turisti, li jfaħħru lil Malta għall-baħar, il-kultura, id-divertiment u l-ikel.