Malta fost l-aktar b’nies li jgħixu fit-tul

Arkivji

Read in English.

Il-Kummissjoni Ewropea (KE) qalet li Malta hija t-tieni l-aktar pajjiż li għandu rata għolja ta’ persuni li jgħixu fit-tul u b’hekk se jkun hemm żieda fin-nefqa relatata ma’ persuni li jilħqu età ta’ anzjani bejn l-2016 u l-2070.

F’dan il-kuntest il-Kunsill Malti għall-Konsulenza Fiskali (MFAC), jixtieq jinkoraġġixxi lill-Gvern biex jibqa’ jħares il-miri fiskali biex il-baġit jinżamm f’sitwazzjoni ta’ surplus.

Il-pjanijiet fiskali tal-Gvern għas-snin 2018 – 2021 jaqblu ma’ dawn il-miri fiskali skont l-MFAC iżda l-Kunsill fakkar ukoll li l-politika fiskali għadha mhux biss tkun konformi ma’ dawn il-miri iżda twassal għal finanzi pubbliċi sostenibbli.

Dan għaliex skont rapport tal-KE jeżisti riskju għal finanzi pubbliċi fuq perjodu ta’ żmien fit-tul.

Dan ir-riskju ġej minn aktar pensjonijiet, kura tas-saħħa u kura fuq perjodu ta’ żmien fit-tul u l-MFAC spjega li għandhom jittieħdu miżuri fiskali li jilqgħu għal dan u fid-dawl tal-andament ekonomiku favorevoli attwali l-Gvern għandu jindirizza aktar il-politika fiskali fuq perjodu ta’ żmien fit-tul.