Malta fost il-pajjiżi li se jibbenefikaw minn €1 biljun f’fondi Ewropej

Malta hija fost 27 pajjiż li se jibbenefikaw minn pakkett finanzjarju ta’ €1 biljun li l-Kummissjoni Ewropea se tgħin fi proġetti u programmi għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni fil-funtieri tal-Unjoni Ewropea.
Fost il-pajjiżi li se jibbenefikaw hemm ukoll pajjiżi terzi ġirien bħar-Russja, il-Ġordan, Iżrael, l-Eġittu u t-Tuneżija.
Dan il-finanzjament se jiġi ffinalizzat bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni sat-tmiem tal-2016, bl-għotjiet se jingħataw permezz ta’ sejħiet għal proposti li se jiġu mnedija matul din is-sena jew kmieni fl-2017.