“Malta fost il-pajjiżi l-iktar esposti għall-immigrazzjoni”

Minkejja l-pressjonijiet li Malta għandha fejn tidħol l-immigrazzjoni irregolari, qablet u kkontribwixxiet għall-proġett tal-UE biex nies li qed ifittxu l-ażil jiġu rrilokati mill-Italja u mill-Greċja.
Il-Ministeru tal-Intern, Carmelo Abela, qal dan f’konferenza fl-Irlanda li kellha bħala t-tema l-esperjenza Maltija għall-fenomenu tal-immigrazzjoni.
Spjega li sehem Malta f’dan il-proġett hu konformi mal-pożizzjoni tal-Gvern, li waqt li l-għajnuna finanzjarja u teknika hi apprezzata, din mhux bil-fors tindirizza l-isfidi li jiffaċċjaw il-pajjiżi membri.
Irrimarka li fl-aħħar sentejn, Malta rat tnaqqis fl-għadd ta’ nies li waslu għandha b’mod irregolari imma l-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-ażil ma naqasx b’mod ekwivalenti. Għalhekk, spjega, li Malta għadha fost il-pajjiżi tal-UE l-iktar esposti għall-fenomenu tal-immigrazzjoni.
Ritratt: MHAS