Malta fit-tielet post f’kompetizzjoni tal-offroading fl-Italja

Tim Malti kiseb suċċess fil-kompetizzjoni internazzjonali  tal-offroading – King of Italy, li saret fl-Italja.
It-tim Nusu Offroad Racing a’ Neville Ciantar li hu magħmul minn Ciantar innifsu bħala xufier, Thomas Tanti navigatur u l-back up tim tagħhom, ġew it-tielet meta kkompetew kontra timijiet mill-Ingilterra, mill-Portugall, mill-Istati Uniti, mill-Belġju, minn Franza, mill-Italja u mill-Olanda.
Il-kompetizzjoni se tkompli bil-King of Wales bejn is-6 u d-9 ta’ Awwissu u bil-King of Portugal bejn id-9 u t-12 ta’ Settembru.
Tliet timijiet oħra Maltin, Kurun Offroad ta’ Kenneth Borg, Kamoy Offroad ta’ Josmar Camilleri u Bibinu Racing ta’ Garry Bibinu, spiċċaw fit-12, fil-15 u fit-18-il post rispettivament.
Neville Ciantar u t-tim tiegħu mistennija jaslu Malta fuq titjira mill-Italja, illum fis-1.30pm.