Malta fit-3 post f’kompetizzjoni tal-Karat fil-Ġermanja

It-tim Malti tal-Karat kiseb it-tielet post fil-kampjonat tal-karat f’ Leipzig fil-Ġermanja nhar is-Sibt li għadda.
F’isem Malta, ħadu sehem 18-il atleta mill-Malta Karate Federation bl-etajiet ivarjaw minn seba’ snin sa 17-il sena.
L-atleti minn La Salle Karate Club u Żebbuġ Karate Club kienu fost is-600 atleta li ħadu sehem fil-kompetizzjoni.
Is-Sensei Jesmond Schembri tenna li permezz ta’ dan ir-riżultat pożittiv, tkompli tiżdied il-motivazzjoni sabiex ikomplu jaħdmu bħala tim u jkomplu jtejbu l-livell tal-Karate f’Malta.