Malta fis-37 post dwar perċezzjoni tal-korruzzjoni

F’sentejn, Malta telgħet sitt postijiet ’il fuq fl-indiċi ta’ Transparency International f’dik li hi perċezzjoni tal-korruzzjoni fis-settur pubbliku.
Fost 168 pajjiż Malta issa tinsab fis-37 post, waqt li fl-2014 kienet tinsab fit-43 post minn fost 175 pajjiż.
Is-sena li għaddiet ukoll kienet fis-37 post flimkien mar-Repubblika Ċeka u mal-Korea t’Isfel.
Skont il-klassifika, hemm 8 pajjiżi oħra fl-UE li għandhom perċezzjoni ogħla ta’ korruzzjoni fis-settur pubbliku, milli dik f’Malta.
Dawn huma l-Italja, l-Ungerija, il-Greċja, il-Latvja, il-Bulgarija, is-Slovakkja u r-Rumanija.
Transparency International irrimarkat li pajjiżi li kklassifikaw fin-naħa ta’ fuq tal-lista huma madankollu mplikati f’każijiet ta’ korruzzjoni barra l-pajjiż, fosthom l-Iżvezja u pajjiżi oħra msieħba fl-OECD.
Il-perċezzjoni tal-korruzzjoni żdiedet f’pajjiżi nvoluti f’kunflitt, bħal-Libja, jew f’qagħda ta’ faqar.