Malta fit-23 post tal-Euro Health Consumer Index

Malta ggwadanjat 81 punt fil-Euro Health Consumer Index tas-sena li għaddiet, meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Dan wassal biex Malta telgħet erba’ postijiet u tinsab fit-23 post minn 35 pajjiż.
Is-sena li għaddiet, Malta kienet ikklassifikata fis-27 post b’582 punt u fl-inċidi l-ġodda, Malta tinsab fit-23 post b’663 punt.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne indika li fost il-punti l-aktar pożittivi hemm li t-trattament għall-kanċer jingħata f’inqas minn 21 ġurnata, aċċess għat-tabib tal-familja, is-saħħa dentali, l-operazzjonijiet tal-katarretti, trapjanti tal-kliewi, dialysis barra l-isptar u kura fit-tul għall-anzjani.
Fearne qal li l-ħidma tal-Gvern se tiffoka fuq iċ-charter għall-pazjenti u l-preskrizzjoni elettronika.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għas-Saħħa Konrad Mizzi qal li l-proġetti ġodda, li se jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin se jkomplu jibnu fuq dak li diġà nkiseb.