“Malta fil-proċess li ttejjeb il-klima u l-enerġija tagħha”

Il-Mini European Assembly, li fiċ-ċentru tad-dibattitu ddiskuta l-għanijiet tal-Unjoni Ewropea (2020), analizza t-tisħiħ tal-produttività u l-għaqda, u l-istabbilità fl-Unjoni Ewopea. Ippreżenta wkoll riżoluzzjoni mit-tim rappreżentant tal-Ġermanja mill-Kulleġġ ta’ De La Salle.
L-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-klima u l-enerġija, l-edukazzjoni, u l-inklużjoni soċjali, huma l-ħames għanijiet prinċipali tal-UE li qed tiffoka fuqhom ir-riżoluzzjoni.
Dwar dan, Anthony Rizzo, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija, sostna li huwa possibbli li l-għanijiet jintlaħqu billi jkun hemm spirtu ta’ kuraġġ, kreattività, volontà u billi nżommu f’moħħna li dan se jkun ta’ siwi għall-futur.
Żied jgħid li pajjiżna huwa fil-proċess li jilħaq l-għan li jittratta l-klima u l-enerġija. Fil-fatt, Simone Borg, l-Ambaxxatriċi Maltija għat-Tibdil tal-Klima, tenniet li Malta għamlet tibdiliet kbar f’dan ir-rigward u naqset fl-emmissjonijiet ta’ gassijiet serra.
F’din l-assemblea, numru ta' gruppi rrappreżentaw pajjiżi differenti tal-UE ddiskutew jekk l-għanijiet jistgħux jinkisbu f'pajjiżhom u x’ħidma għaddejja biex dawn iseħħu.
Il-Mini European Assembly ġiet organizzata minn National Student Travel Foundation (NSTF).