Malta fil-finali tad-doubles tal-European Blackball Championship

Malta tinsab pass biss 'il bogħod mir-rebħ tad-Doubles tal-European Blackball Championship
It-tim Malti tad-doubles, magħmul miż-żgħażagħ Lee Ryan Darmanin u Ben Schembri, rebaħ 5 logħbiet kontra l-Iskozja, l-Ingilterra u Wales.
Issa Malta se tkun qed tilgħab fil-finali kontra t-tim Skoċċiż li se ssir għada fl-10:30am (ħin lokali).
It-tim Malti, magħmul minn seba' parteċipanti, kkwalifika wara ranking tournament li sar f’Malta fix-xhur li għaddew.