​“Malta fgata b’imġiba inaċċettabbli minn gvern għall-ieħor”

Iċ-Ċerpersin ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof. Arnold Cassola qal li l-imġiba suspettuża ta’ uffiċjali pubbliċi hi kwistjoni ta’ storja twila ta’ mġiba ħażina mill-esponenti Nazzjonalisti, li kompliet illum minn dak li sejjaħ “is-suppost Gvern Laburista b’differenza.”
Tenna li l-Prim Ministru naqas milli jirrikonoxxi l-imġiba mhux etika ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri .
Spjega li l-mentalità ta’ Gvern Laburista hi simili ħafna għal dik tal-amministrazzjoni preċedenti, fejn eks-Ministri, li uħud għadhom membri parlamentari, baqgħu innoċenti għax ma kienx hemm prova ta’ korruzzjoni.
Arnold Cassola semma fost l-oħrajn ir-rapport tal-Awditur dwar il-power station tal-BWSC, ir-rigali li ħadu l-Ministru u safar ma’ negozjanti prominenti.
Saħaq li l-Gvern ta’ Joseph Muscat kompla din it-tradizzjoni, li eskalat għal livell ta’ arroganza inaċċettabbli f’demokrazija normali.