Malta favur estenzjoni għal Brexit

Malta hija favur li jkun hemm estenzjoni biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat tenna l-pożizzjoni tiegħu li Malta se tappoġġja t-talba għal estenzjoni. Qal li huwa importanti li jkun hemm ġustifikazzjoni tajba għaliex se jsir dan.

Brexit: Farage jappella lill-UE biex tirrifjuta estensjoni għall-ftehim

Muscat qal li peress li l-Parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim negozjat u li vvota li ma jridx joħroġ mill-UE mingħajr ftehim, issa jrid ikun ir-Renju Unit li jiddeċiedi xi triq se tittieħed.

Aġġornata (2): Brexit: MPs Ingliżi jivvotaw favur l-ittardjar ta’ Brexit