Malta f’kompetizzjoni Ewropea tar-ritratti

Il-Kummissjoni Ewropea nediet kompetizzjoni tar-ritratti fuq Facebook li fiha ċ-ċittadini Ewropej jistgħu jikkompetu billi jpoġġu ritratti ta’ proġetti li saru b’fondi mill-Unjoni Ewropea.

Bħalissa, il-Young Business Entrepreneurs, organizzazzjoni volontarja Maltija, li qiegħda tipparteċipa f'din il-kompetizzjoni Europe in my Region, tinsab fil-ħames post.

Sadanittant, il-YBE tinsab għaddejja bi programm iffinanzjat mill-Youth In Action biex tħeġġeġ liż-żgħażagħ iħaddnu għodda intraprenditorjali biex b’hekk ikunu jistgħu joħolqu attività ekonomika.

Wieħed jista jivvota billi jidħol fuq din il-link u jagħfas VOTE:

https://fp-dg-regio.artwhere.me/entry/s.php?id=f30b8f2f9fda0f79f4de8bd5871d0ae0.jpg