Malta BNI torganizza attività nazzjonali ta’ networking

’Il fuq minn mitt sid ta’ negozju f’Malta se jiltaqgħu għat-tieni attività nazzjonali ta’ networking nhar it-Tlieta 2 ta’ Frar fil-lukanda Corinthia San Ġorġ, fil-Bajja ta’ San Ġorġ.
Organizzata mill-Business Network International (BNI) Malta fl-okkażjoni tal-‘International Networking Day 2016’, l-attività hi miftuħa għal kumpaniji u imprendituri żgħażagħ li qed ifittxu li jiltaqgħu ma’ persuni oħra biex joħolqu relazzjoni pożittiva ta’ negozju. Dawk il-persuni li mhumiex membri tal-BNI jridu jkunu mistiedna minn membru tal-Malta BNI.
L-‘International Networking Day’ kienet promossa fuq skala globali minn Dr Ivan Misner, il-fundatur ta’ BNI, l-ikbar organizzazzjoni ta’ networking għan-negozju fid-dinja. Il-BNI tippreżenta opportunità ta’ networking għal gruppi, kumpaniji, organizzazzjonijiet u individwi madwar id-dinja biex jieħdu azzjoni proattiva ħalli jużaw in-networking b’mod strateġiku għat-tkabbir tan-negozju.
Sa mill-ewwel ‘International Networking Week’ li saret fl-2007, din l-attività annwali li dejjem issir fi Frar, dejjem żdiedet fil-popolarità minn sena għall-oħra u kisbet għarfien minn ħafna organizzazzjonijiet u aġenziji tal-Gvern minn madwar id-dinja.
Il-Malta BNI illum għandha sitt kapitli b’membri li bnew relazzjonijiet fit-tul u li b’mod sinċier huma impenjati lejn xulxin biex jgħinu jsibu iktar negozju permezz tal-filosofija ta’ BNI ‘Givers’ Gain’ u business referrals. Il-qofol ta’ BNI (www.bni.com) hu li toħloq għarfien dwar il-proċess ta’ business referrals