Malta bl-ogħla rata annwali ta’ inflazzjoni fl-UE f’Ottubru

Malta kellha l-ogħla rata annwali ta’ inflazzjoni f’Ottubru li għadda, minn fost it-28 pajjiż membru tal-UE.
Hekk żvelat il-Eurostat, l-aġenzija Ewropea għall-istatistika, hekk kif spjegat li fuq sena, Malta kellha żieda fl-għoli tal-ħajja ta’ 1.6%.
Dan meta l-medja tal-pajjiżi bl-ewro kienet ta’ 0.1%.
13-il pajjiż minn 28 membru raw il-ħajja torħos xi ftit.
Fit-28 pajjiż membru flimkien, il-prezzijiet għolew minħabba l-ħaxix, ir-ristoranti u l-kafeteriji, u l-frott, waqt li l-prezzijiet tal-fuel, iż-żejt u l-gass kellhom l-ikbar kontribut għar-roħs.