“Malta bl-ogħla ottimiżmu mill-pajjiżi tal-Ewro” – stħarriġ

Stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea juri li f’Malta hawn l-ogħla livell ta’ ottimiżmu ekonomiku fost il-pajjiżi taż-żona ewro.
Il-Gvern qal li dan joħroġ minn stħarriġ li sar fost għadd ta’ familji u intrapriżi Maltin, u l-livell tal-ottimiżmu tela’ bi 33% meta mqabbel mal-istess xahar ta’ 5 snin ilu. 
L-istħarriġ jindika li l-familji Maltin huma fost il-ftit fl-Ewropa li jaħsbu li l-qagħda finanzjarja tagħhom se titjieb. B’kuntrast ma’ dan, intqal li f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea jeżisti livell ta’ pessimiżmu ekonomiku fost il-konsumaturi barranin. 
Fost in-negozji, l-ikbar ottimiżmu kien reġistrat fl-oqsma tal-gaming u s-settur finanzjarju meta l-Gvern sostna li dan huwa kważi d-doppju tal-medja Ewropea. 
Il-Gvern temm jgħid li dan il-livell ta’ ottimiżmu ġie reġistrat ukoll fis-settur tal-bejgħ u tal-kostruzzjoni, u li ma jistax jifhem in-negattività tal-Oppożizzjoni.