Malta bl-iżgħar speċjalisti tal-ICT fl-Ewropa

Fl-Ewropa, Malta għandha l-maġġoranza tal-ispeċjalisti fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) li għandhom inqas minn 35 sena.
Rapport tal-eurostat għall-2016 juri li wara Malta bi 63%, hemm it-Latvja b’54% u l-Polonja bi 53%.
Għall-kuntrarju, fl-Italja kważi 25% biss tal-ispeċjalisti fl-ICT għandhom inqas minn 35 sena. Wara l-Italja hemm il-Fillandja, l-Isveżja u d-Danimarka.
Fl-Unjoni Ewropea, aktar minn 8 miljun persuna taħdem bħala speċjalista fl-ICT u din iċ-ċifra tirrapreżenta kważi 4% tal-impjiegi kollha.
Il-maġġoranza huma rġiel u b’edukazzjoni terzjarja. 20% tal-kumpaniji jimpjegaw lil dawn l-ispeċjalisti u 10% ippruvaw jimpjegaw lil dawn il-persuni. Iżda 41% tal-intrapriżi qalu li sabu diffikultà isibu impjegati f’dan is-settur.