Malta bl-inqas enerġija rinnovabbli fl-UE

Malta u in-Netherlands kellhom l-inqas ammont ta’ enerġija rinnovabbli fil-konsum totali tal-enerġija tagħhom fl-Unjoni Ewropea (UE) fl-2016 skont il-Eurostat.
L-istħarriġ tal-Eurostat sabet li fl-2016, l-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-UE kien id-doppju ta’ dak fl-2004.
Skont il-Eurostat, l-ammont ta’ enerġija minn dawn is-sorsi li jagħmel parti miċ-ċifra tal-konsum totali huwa wieħed mill-inidikaturi prinċipali tal-istrateġija 2020 tal-Ewropa. L-UE qed timmira li 20% tal-konsum tal-enerġija jsir minn sorsi rinnovabbli sal-2020.
L-Iżvezja tinsab fuq quddiem fl-Ewropa peress illi 53.8% tal-enerġija mill-konsum totali ġew minn sorsi rinnovabbli. Għal Malta u n-Netherlands il-perċentaġġ huwa ta’ 6%.