Malta bl-iktar speċjalisti żgħażagħ fl-UE għall-ICT

Sal-2014, Malta kellha 4.6% tal-ħaddiema tagħha li jaħdmu direttament fis-settur tal-ICT.
Dan hu kważi 1% ogħla mill-medja għall-UE kollha kemm hi.
Ċifri tal-Eurostat juru li fit-tliet snin bejn l-2011 u l-2014, Malta żiedet il-ħaddiema f’dan il-qasam bi 800.
Iktar minn hekk, juru li l-ikbar perċentwal ta’ speċjalisti żgħar fl-età f’dan il-qasam, jinsab propju f’Malta b’sitta minn kull 10 li għandhom inqas minn 35 sena. Imma mbagħad, Malta għandha t-tieni l-inqas speċjalisti fl-ICT li kisbu edukazzjoni terzjarja (38.5%).
Iċ-ċifri juru wkoll li mifruxa mal-UE kien hemm kważi 8 miljun persuna li jaħdmu f’xogħol speċjalizzat fil-qasam tal-ICT, bi 8 minn kull 10 jkunu rġiel. F’Malta, ir-rata ta’ rġiel f’dan is-settur hi ta’ 72.6%.