Malta bl-ikbar żieda fl-UE ta’ intrapriżi innovattivi

Malta kellha l-ikbar żieda f’intrapriżi innovattivi mill-pajjiżi kollha tal-UE.
Dan meta t-tqabbil isir bejn it-tliet snin bejn l-2010 u l-2012, mal-perjodu ta’ bejn l-2006 u l-2008.
Il-Eurostat tqis l-innovazzjoni f’dawk li huma l-prodotti, il-proċeduri użati u anke l-qasam tal-organizzazzjoni u l-marketing.
Iż-żieda fl-intrapriżi innovativi f’Malta f’dawn is-snin hi waħda qawwija ħafna meta mqabbla mal-11-il pajjiż l-ieħor biss fl-UE li kellhom titjib.
Waqt li l-għadd ta’ negozji innovattivi f’Malta żdiedu b’14%, il-bqija tal-pajjiżi Ewropej li kellhom titjib varjaw mill-Olanda, li ġiet wara Malta b’6.5% għall-Finlandja, b’titjib ta’ 0.4%.
B’kuntrast, 15-il-pajjiż tal-UE raw tnaqqis fil-perċentwal ta’ intrapriżi innovattivi tant li l-medja Ewropea kienet waħda negattiva.