Malta bl-ikbar tnaqqis fil-produzzjoni mill-fabbriki

Malta reġgħet irreġistrat l-ikbar tnaqqis industrijali minn fost il-pajjiżi kollha tal-UE, din id-darba għal Awwissu.
F’Lulju, Malta kienet it-tieni l-iktar pajjiż li rreġistra tnaqqis f’dak li jipproduċu l-fabbriki.
Skont il-Eurostat, Malta kellha tnaqqis fil-produzzjoni industrijali kull xahar fl-aħħar sitt xhur, meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena li għaddiet.
F’Awwissu 2014, il-fabbriki pproduċew b’7% inqas mill-istess xahar is-sena li għaddiet, waqt li f’Lulju u f’Ġunju, fid-darbtejn, kien hemm tnaqqis ta’ 1%.
F’Mejju li għadda t-tnaqqis kien ta’ 11.4% waqt li f’April, ta’ 12.3%. F'Marzu, it-tnaqqis kien ta' 1.8%.
Fit-28 pajjiż tal-UE, it-tnaqqis medju tal-produzzjoni industrijali kien ta’ 1.9%.