Malta bl-ikbar tkabbir tal-PGD fis-sajf

Matul is-sajf li għadda, Malta kienet l-iktar pajjiż fl-UE li żied il-ġid li joħloq fil-pajjiż.
Imqabbel mas-sajf tas-sena li għaddiet, Malta żiedet il-Prodott Gross Domestiku tagħha b’5.6%, segwita mbagħad mir-Repubblika Ċeka b’4.5%.
Il-medja għall-pajjiżi taż-żona ewro kienet biss ta’ 1.6%.
Anke meta wieħed iqabbel it-tkabbir fil-ġid maħluq fis-sajf, mat-tliet xhur ta’ qabel, Malta kienet fost il-pajjiżi ewlenin.
Imqabbel mal-perjodu bejn April u Ġunju, it-tkabbir bejn Lulju u Settembru kien it-tielet l-iktar fl-UE, bir-rata ta’ 1.4%.
Il-medja, f’dan il-każ, għall-pajjiżi bil-munita ewro kienet ta’ 0.3%.