Malta bl-ikbar surplus fl-Ewropa

Malta kellha l-akbar rata ta’ surplus mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Ir-rata ta’ suplus kienet ekwivalenti għal 3.5% tal-Prodott Gross Domestiku.

Fi stqarrija l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qal li l-Gvern kellu aktar dħul milli nfieq li wassal għal surplus ta’ €393 miljun. Fi stqarrija oħra, l-NSO qal li bejn April u Ġunju ta’ din is-sena, il-Gvern għamel surplus ta’ €114-il miljun.

L-NSO ippubblika l-figuri mill-2014 sal-2017 li juru l-bilanċ tal-Gvern bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku:

Intant, fi stqarrija separata tal-Eurostat sar magħruf li Malta kellha l-akbar rata ta’ surplus bi 3.5%, isegwi lil Malta bit-tieni l-akbar rata ta’ surplus kien hemm Ċipru b’1.8% li huwa wkoll pajjiż li għandu skemi ta’ bejgħ ta’ ċittadinanza.

Għalkemm kien hemm sitt pajjiżi Ewropej li kellhom defiċit fil-finanzi tal-Gvern, Spanja u l-Portugall kellhom defiċit ta’ aktar minn 3%.