Malta bl-ikbar għadd ta’ studenti li ħallew l-iskola qabel iż-żmien

Fl-2017, Malta kellha l-ikbar għadd ta' studenti li telqu mill-iskola qabel iż-żmien, fost l-istati membri fl-Unjoni Ewropea. 
Skont rapport maħruġ mill-Eurostat, 18.6% tal-Maltin bejn it-18 ul-24 sena telqu mill-iskola qabel iż-żmien. Min-naħa l-oħra, il-Kroazja kellha l-inqas numri, bi 3.6%.
L-għan tal-Unjoni Ewropea għal Malta hu li sal-2020 din iċ-ċifra tonqos għal 10%.
Madankollu, fl-istess rapport, jidher li 30% ta’ Maltin bejn it-30 ul-34 sena temmew b’suċċess l-edukazzjoni terzjarja jew ta’ livell ekwivalenti. L-għan għall-2020 huwa ta’ 33%.