Malta bl-ikbar differenza fl-UE bejn nisa u rġiel b’impjieg

Malta hi l-pajjiż bl-ikbar differenza fl-UE fejn jidħol l-impjieg ta’ nisa u dak tal-irġiel.
Waqt li 81.4% tal-irġiel għandhom impjieg bi ħlas, huma biss 53.6% tan-nisa li għandhom dan, b’differenza ta’ 27.8% bejn iż-żewġ sessi.
Fit-tieni post hemm l-Italja, b’differenza ta’ 20%, u l-Greċja, bi 18%.
Iċ-ċifri ppubblikati mill-Eurostat juru li bħala medja, Malta fadlilha żżid ir-rata tagħha tax-xogħol bi 2.2% biex tilħaq il-mira ta’ 70% sal-2020.
Malta hi fil-ħames post mill-aħħar għall-impjieg ta’ persuni ta’ etajiet bejn 55 u 64 sena, bir-rata titla’ minn 37.8% fl-2014 għal 40.3% għall-2015.
Id-differenza bejn l-irġiel u n-nisa f’impjieg f’din il-kategorija ta’ età hi ta’ 36.9%.
Huma erba’ biss, minn 28, il-pajjiżi li diġà laħqu l-miri sal-2020: il-Ġermanja, l-Estonja, il-Litwanja u l-Iżvezja.