​Malta bl-ewwel micro-grid tal-enerġija sal-2019

Student li qed jagħmel dottorat fl-Università ta’ Sevilja fi Spanja dan l-aħħar kien Malta għal perijodu ta’ tliet xhur biex jikkolabora mal-Grupp tal-MCAST dwar ir-Riċerka tal-Enerġija.
L-għan aħħari huwa li f’Malta jkun hawn l-ewwel micro-grid ta’ enerġija fl-2019.
Francisco de Paula García López qed jagħmel riċerka f’Malta dwar dawk li jissejħu “microgrids” fejn Malta toffri diversi vantaġġi għall-enerġija mix-xemx.
Il-grupp tar-riċerka dwar l-enerġija fl-MCAST huwa mmexxi minn Dr Brian Azzopardi.
Fis-7 ta’ Settembru li ġej, l-MCAST se jkun qed jorganizza konferenza dwar l-Enerġija u r-reġistrazzjoni hija bla ħlas.