Malta bl-ewwel kampjonat taċ-ċikliżmu

Malta ġiet magħżula biex fl-2018 torganizza l-ewwel kampjonat taċ-ċikliżmu għall-pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa fi ħdan il-European Cycling Union.
Dan wara li l-Ħamis li għadda nlaħħaq ftehim waqt laqgħa li saret f’San Marino organizzata mill-European Cycling Union bil-kollaborazzjoni tal-Federazzjoni Ċiklistika ta’ San Marino u l-Kumitat Olimpiku tal-istess Stat Ewropew.
Fuq suġġeriment tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu twaqqfet Kummissjoni li tiġbor fiha d-disa’ pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa biex ikunu diskussi l-problemi li jiffaċċjaw dawn il-pajjiżi u biex ikun organizzat il-kampjonat bejn l-istess pajjiżi, li jalternaw kull sentejn meta ma jkunx hemm il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa.