Malta bl-aktar ġirien storbjużi fl-Ewropa

Wieħed minn kull 4 Maltin irrapporta li jiddejjaq, u saħansitra jsofri, mill-istorbju tal-ġirien tiegħu jew mit-triq.
Studju ġdid tal-Eurostat, ippubblikat ilbieraħ, iħares lejn il-perċentwal tan-nies f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea li b’xi mod jew ieħor iħossuhom affettwati negattivament mill-ġirien.
Malta ġie fl-ewwel post tal-lista, b’26.2% tal-popolazzjoni tirrapporta fl-2016.
L-istudju sab li aktar kemm ikunu nies fid-dar, anqas iċ-ċans li jirrappurtaw li l-ġirien qed idejquhom.
Fost l-oħrajn, mis-17.9% tal-popolazzjoni Ewropea li qalu li l-istorbju tal-ġirien idejquhom, kważi 21% kienu rapport ġejjin mingħand djar b’persuna waħda toqgħod fihom.
17.8% tar-rapporti ġew minn djar b’2 persuni, u 16.6% minn dawk bi 3 persuni jew aktar.
Il-perċentwal ta’ familji bi tfal dipendenti li rrappurtaw kien ta’ 17.5%, filwaqt li 18.4% tar-rapporti ġew minn familji mingħajr tfal.
Wara Malta kien hemm il-Ġermanja, l-Olanda, il-Portugal, ir-Rumanija, il-Greċja u l-Lussemburgu.
Jidher li f-Irlanda, il-Kroazja, l-Ungerija u l-Estonja n-nies iħobbu jżommu aktar kwiet.
Riżultat ovvju: il-frekwenza ta’ dawn ir-rapporti kienet id-doppju, 23.3%, fil-bliet u postijiet industrijalizzati minn dawk f’postijiet rurali, 10.4%.