Malta bl-akbar ammont ta’ immigranti meta mqabbel mal-popolazzjoni

Skont statistika tal-Eurostat, Malta kellha l-akbar ammont ta’ immigranti li applikaw għall-protezzjoni, meta mqabbel mal-popolazzjoni.

Matul l-2012, Malta kellha 2080 applikazzjoni.

Minn dawn, ġew deċiżi 1,590 każ li minnhom, 155 biss kienu rrifjutati.

Infatti, 35 persuna ingħataw status ta’ refuġjat, 1235 immigrant ingħataw protezzjoni, u 160 kienu każijiet umanitarji.

Din l-istatistika turi li 3 minn kull 5 immigrant ikun ġej mis-Somalja, li jfisser total ta’ 1250 persuna.

L-Eritrea kien it-tieni l-aktar pajjiż li minnu waslu immigranti, total ta’ 435 persuna.