Malta bit-tieni l-ogħla inflazzjoni fl-aħħar sena

Skont il-Eurostat, Malta fl-2015 kellha t-tieni l-ogħla rata ta’ inflazzjoni fuq bażi ta’ sena.
Skont l-aġenzija tal-istatistika tal-UE, il-ħajja f’Malta f’Diċembru kienet 1.2% ogħla minn Diċembru tas-sena ta’ qabel għalkemm naqset b’0.1% fuq Novembru.
L-ogħla rata annwali għall-inflazzjoni kienet fil-Belġju, b’1.4%.
L-inqas, il-Bulgarija li rat il-ħajja torħos b’0.9% u r-Rumanija, b’roħs ta’ 0.7%.
Skont l-istess Eurostat, l-iktar setturi li kkontribwew għall-inflazzjoni fil-pajjiżi taż-żona ewro kienu r-ristoranti u l-kafeteriji, segwiti mit-tabakk u l-ħaxix. Bil-maqlub, il-prezzijiet tal-fuel, taż-żejt u l-gass kellhom l-iktar kontribut biex il-ħajja ttaffiet xi ftit.