Malta bit-tieni l-inqas qgħad fl-UE fost iż-żgħażagħ

Ċifri tal-Eurostat juru li f’Marzu, Malta kellha t-tieni l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE.
Flimkien mar-Repubblika Ċeka, Malta rreġistrat 9.8% ta’ qgħad fost dawk taħt il-25 sena, iktar biss mill-Ġermanja bir-rata ta’ 6.9%.
Fil-Greċja, il-qgħad fost iż-żgħażagħ taħt il-25 sena jaqbeż il-51% waqt li fi Spanja hu ta’ 45.5%.
Skont l-istess ċifri, il-persentaġġ ta’ dawk jirreġistraw għax-xogħol f’Malta f’Marzu kien it-tielet l-iżgħar fl-UE, bir-rata ta’ 4.7% wara r-Repubblika Ċeka b’4.1% u l-Ġermanja b’4.2%.
Ċifri tal-NSO, ippubblikati lbieraħ, juru li l-qgħad f'Marzu naqas b'numru sostanzjali fuq l-istess xahar ta' sena ilu.