Malta bit-tieni l-inqas nisa akkademiċi fl-Ewropa

Malta għandha t-tieni l-inqas għadd ta’ nisa akkademiċi f’istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla madwar l-Ewropa. Fil-fatt 34.4% tal-akkademiċi f’Malta huma nisa meta mqabbla mal-medja ta’ 40% fost il-pajjiżi kollha.
Din hi waħda mis-sejbiet tal-istudju Modernisation of Higher Education in Europe: Academic Staff 2017 ippublikat illum mill-Eurydice fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni tal-impjegati akkademiċi fil-35 pajjiż Ewropew.
Il-Greċja għandha l-inqas għadd ta’ nisa fi professjonijiet akkademiċi bi 32.7%. Wara Malta imbagħad hemm l-Isvizzera bi 34.3% li huma akkademiċi nisa. L-għola proporzjon ta’ nisa akkademiċi jinsab fil-Litwanja (56.1%) u l-Latvja (55.7%).
L-istudju jqabbel iċ-ċifri tal-2015 mas-sena 2000 u juri li n-nisa huma iktar rappreżentanti fi rwoli akkademiċi minn 15 il-sena ilu.
L-ikbar żieda kienet fis-Slovenja bi 18% u ż-żieda għan-nisa Maltin fl-akkademja kienet ta’ ftit inqas minn 12%. 
Tista' taqra r-rapport sħiħ hawnhekk: