Malta bit-tielet l-inqas rata tal-qgħad fl-Ewropa f’Novembru

Malta kellha t-tielet inqas rata tal-qgħad fl-Ewropa matul Novembru li għadda b’5.1% wara l-Ġermanja b’4.5% u r-Repubblika Ċeka b’4.6%.
Dan jirriżulta mill-istatistika tal-Eurostat, fejn il-medja tal-qgħad fiż-żona ewro kienet tlaħħaq l-10.5% u fost it-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea kienet 9.1%.
F’Novembru, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’2,000 minn 6% għal 5.1%.
It-tnaqqis ġie rreġistraw kemm fost l-irġiel kif ukoll fost in-nisa iżda l-qgħad fost iż-żgħażagħ żdied minn 11.7% għal 12.7%.