Malta bit-3 l-inqas rata ta’ qgħad fl-UE

F’Novembru, Malta kellha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Waqt li l-medja għall-pajjiżi taż-żona ewro kienet ta’ 11.5% u dik għat-28 pajjiż tal-UE kienet ta’ 10%, ir-rata ta’ qgħad f’Malta f’Novembru kienet ta’ 5.8%, l-istess bħar-Repubblika Ċeka.
Il-Greċja u Spanja baqgħu l-pajjiżi bl-għola rata ta’ qgħad, b’persuna minn kull erbgħa tirreġistra għax-xogħol; waqt li l-inqas kienet fl-Awstrija u l-Ġermanja, b'4.9% u 5% rispettivament.