Malta bit-3 l-inqas produzzjoni industrijali fl-UE

Waqt li l-fabbriki fl-UE u fil-pajjiżi bil-munita ewro żiedu bi ftit il-produzzjoni tagħhom f’Novembru li għadda, Malta rreġistrat it-tielet l-ikbar tnaqqis f’dak li pproduċew il-fabbriki.
Il-Eurostat ikkonfermat li l-produzzjoni industrijali f’Malta qed talterna u fl-aħħar sitt xhur kellha 3 xhur li fihom żdiedet, anke sa 7.2%, imma 3 xhur oħra li fihom naqset, sa 5.4%.
Dan meta l-medja tal-pajjiżi taż-żona ewro ċċaqilqet bejn 1.2% fin-negattiv għal tkabbir ta’ 0.8%.
Imqabbel ma’ Ottubru ta’ din is-sena, il-produzzjoni industrijali f'Malta naqset b’1.4% u bi 2.5% meta mqabbel mas-sena li għaddiet.
Imqabbel mal-2013, il-medja għall-pajjiżi taż-żona ewro kienet ta’ tnaqqis ta’ 0.4% u ta’ 0.1% għat-28 pajjiż tal-UE.
L-NSO, il-ġimgħa li għaddiet, ikkalkula r-riżultat tal-produzzjoni industrijali bi tnaqqis ta' 1.2% meta mqabbel ma' Ottubru 2014 u ta' 2.4% meta mqabbel ma' Novembru 2013.