Malta bir-raba’ l-irħas kontijiet tad-dawl fl-UE

Read in English.

Malta kellha r-raba’ l-irħas kontijiet tad-dawl fl-Unjoni Ewropea fl-2019.

Fi stqarrija l-Eurostat qalet li l-Maltin kienu qed iħallsu €13.1 għal kull kWh fit-tieni kwart tal-2019. Dan ifisser roħs ta’ 0.2% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2018.

F’termini ta’ ewro, il-pajjiżi li ġew qabel Malta kienu l-Bulgarija (€9.6 għal kull 100kWh), l-Ungerija (€11) u l-Litwanja (€12.5). L-ogħla prezz ġie reġistrat fid-Danimarka (€29.2). Il-prezz medju fl-UE kien ta’ €21.6.