Malta b’inqas dħul mit-taxxi mill-medja Ewropea

Read in English.

Malta ddaħħal inqas dħul mit-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali mill-medja Ewropea.

Din l-informazzjoni toħroġ minn stħarriġ li sar mill-Eurostat. Fl-2018, id-dħul ta’ Malta bħala persentaġġ mill-GDP kien ta’ 32.7. Il-medja tal-UE kienet ta’ 40.3. Fl-2012, id-dħul Malti kien ta’ 33.7% filwaqt li l-medja kienet ta’ 39.5%.

Il-Eurostat elenkat ukoll l-istruttura tad-dħul mit-taxxi ta’ Malta bħala persentaġġ mill-GDP:

Taxxi fuq l-produzzjoni u l-importazzjoni: 12.9%
Taxxi fuq id-dħul u l-ġid: 13.4%
Kontribuzzjonijiet soċjali: 6.2%