Malta bil-5 l-akbar tnaqqis fid-dejn bejn Lulju u Settembru

Bejn Lulju u Settembru li għadda, Malta rreġistrat il-ħames l-akbar tnaqqis fid-dejn b’1.1% biex minn 70.9% tal-Prodott Gross Domestiku naqas għal 66.3%.
Mill-istatistika tal-Eurostat jirriżulta wkoll li Malta kellha l-ħames l-inqas tnaqqis fid-dejn b’4.5% fit-tielet kwart tas-sena meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena ta’ qabel.
L-ikbar tnaqqis fid-dejn kien irreġistrat fl-Irlanda bi 2.7%, l-Italja b’1.4% u l-Bulgarija b’1.3%.
Fi tmiem it-tielet kwart tal-2015 ir-rata tad-dejn meta mqabbel mal-GDP fiż-żona ewro kienet tlaħħaq il-91.6% u dan jirriżulta fi tnaqqis meta mqabbel mat-92.3% fi tmiem it-tliet xhur ta’ qabel.
Kien hemm tnaqqis ukoll fost it-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea minn 86% għal 87.7%.