Malta bi proposti biex jorħsu t-tariffi tar-roaming

Is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera ressaq proposti lill-Presidenza tal-Unjoni Ewropea biex fil-pajjizi membri, fosthom Malta, jorħsu t-tariffi tar-roaming tat-telefonija ċellulari. 
Mal-Kummissarju Ewropew Oettinger, Jose’ Herrera spjega li l-Gvern Malti jaqbel li meta persuna tkun qed tuża s-servizz tal-mowbajl meta tkun imsiefra f'xi pajjiż iehor tal-Unjoni din tħallas l-istess rati daqs li kieku qed tuża s-servizz f'pajjiżha.
Qal iżda li hemm għadd ta' problemi li jridu jiġu megħluba fosthom r-rati
wholesale tar-roaming li operaturi jiċċarġjaw lill-operaturi oħrajn. 
Fuq in-net neutrality s-Segretarju Parlamentari qal li dawk li jużaw l-internet għandhom jingħataw aċċess liberu u ħieles minn kull xkiel li xi operaturi jistgħu jpoġġu fuq il-klijenti tagħhom għal raġunijiet kummerċjali.
Huwa fakkar li Malta tinsab fuq ta' quddiem fejn jidħol l-aċċessibilita’ u l-użu tal-internet u l-ICT.
Qal li bħalissa għaddejja ħidma biex f'Malta jkollna
charter li jirrispetta d-drittiijiet u d-dmirijiet tal-persuna fid-dinja diġitali.