Malta bi ftehim mal-Libja dwar l-immigranti – Rapporti

Read in English.

Il-forzi armati ta’ Malta bdew ħidma ta’ koperazzjoni mal-gwardja tal-kosta Libjana sabiex l-immigranti li jkunu deħlin fiż-żona tat-tiftix u s-salvataġġ Maltija jinbagħtu lura l-Libja. Dan qalitu l-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters.

Il-Gvern ma tax kummenti diretti dwar dan ir-rapport lill-ġurnal Times of Malta madankollu qal li l-istat tal-Mediterran kien qed jaħdem tajjeb mal-gwardja tal-kosta Libjana għal diversi żmien u dejjem kien konformi mal-liġi.

Skont il-ġurnal The Times of Malta, il-ftehim huwa li meta immigrant fuq dgħajsa jkun qiegħed fid-direzzjoni tal-gżejjer Maltin, il-Forzi Armati se jitolbu lill-gwardja tal-kosta Libjana biex jintervjenu qabel ma’ dawn jidħlu fl-ibħra teritorjali ta’ Malta.

L-għaqdiet mhux governattivi kkundannaw ftehim li kien sar bejn l-Italja u l-gwardja tal-kosta Libjana biex din tieħu lura l-immigranti fil-Libja. L-għaqdiet kienu qalu li l-immigranti jkunu affaċjati minn torturi u abbuż f’pajjiż fejn m’hemmx liġijiet.

Jidher li l-ftehim li għamlet Malta jmur lil hinn mill-ibħra kostali tal-Libja li dawn jestendu sa 14-il mil mill-kosta tagħha li tidħol fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija.