​Malta bi 23 proċedura ta’ ksur mill-Kummissjoni Ewropea

Malta bħalissa għandha 23 proċedura ta’ ksur miftuħa fil-konfront tagħha mill-Kummissjoni Ewropea.
L-għadd niżel minn 26 għal 23.
Il-Ministru tal-Affarijiet Ewropej Louis Grech spjega, fil-Parlament, li l-iktar għadd ta’ proċeduri huma fl-oqsma tal-ambjent u tal-intern, b’ħames proċeduri kull wieħed.
Il-qasam tal-finanzi għandu tliet proċeduri oħra miftuħa fil-konfront tiegħu, waqt li fl-oqsma tat-trasport, l-agrikoltura, il-ġustizzja u t-turiżmu hemm żewġ proċeduri ta’ ksur miftuħa f’kull settur.
Il-qasam tal-enerġija u dak għas-servizzi soċjali għandhom proċedura ta’ ksur kull wieħed.